Il-Passjoni fil-Wied tal-Lunzjata …il-Ħadd, 26 ta’ Marzu fit-3.30pm

Għeżież Ġenituri, nhar il-Ħadd, 26 ta’ Marzu, aħna lkoll mistednin biex nieħdu sehem f’ “Il-Passjoni fil-Wied tal-Lunzjata”
Neħtieġu li tal-inqas ikollna sitt itfal, li nlibbsuhom bħal ta’ żmien Ġesù (għal ħwejjeġ, naħsbu aħna…)

F’dan il-programm, l-iskola tagħna tinsab fl-ewwel grupp u se nkunu hemm bejn it-3.15pm u l-4.00pm (propjament nibdew fit-3.30pm) imma mmorru ftit kmieni biex nilħqu nippreparaw. (bejn it-3pm u t-3.30pm wieħed jista’ jara statwetti tal-Ġimgħa l-Kbira u ikel tradizzjonali u kotba).

Aħna jmissna nippreparaw ix-xena taċ-Ċaħda ta’ Pietru u se nkunu fejn il-funtana tal-Gran Mastru, jiġifieri, in-naħa t’isfel tal-wied (ara ritratt). Waqt li aħna se nkunu hemm, skejjel oħra se jkollhom xeni differenti mxerrdin madwar l-Wied, bħal per eżempju: Ġesu’ dieħel Ġerusalemm u l-Aħħar Ċena.

Il-bqija tat-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom jinġabru n-naħa ta’ fuq tat-Telgħa ta’ Wied il-Lunzjata. It-tfal kollha jiġu mħeġġa jiġu lebsin ta’ nies Lhud. Minn hemm jitwasslu akkumpanjati mid-daqqaqa tradizzjonali tal-fifra u t-tamburlin għal ‘tour’ animat tal-passjoni ħajja.

Wara, għal xi l-4.00pm, għal min irid jibqa’ magħna, ninġabru fil-kappella u nisimgħu kunċert qasir minn kor tat-tfal u deskrizzjoni qasira dwar tradizzjonijiet lokali relatati mar-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira.

Narawkom!

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s